Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Eżempji taʼ preżentazzjonijiet

Eżempji taʼ preżentazzjonijiet

IT-TORRI TAL-GĦASSA

Mistoqsija: Taqbel li jekk il-Bibbja hija minn Alla, għandu jirnexxilha tegħleb kull attentat biex tiġi meqruda?

Skrittura: Is 40:8

Offerta: Din ir-rivista fiha artikli li jiddiskutu l-istorja interessanti taʼ kif il-Bibbja ffaċċjat l-isfidi u baqgħet teżisti.

IT-TORRI TAL-GĦASSA (paġna taʼ wara)

Mistoqsija: Nixtieq l-opinjoni tiegħek dwar din il-mistoqsija. [Aqra l-ewwel mistoqsija f’paġna 16.] Xi wħud jemmnu li l-bniedem ivvinta r-reliġjon. Oħrajn jaħsbu li Alla juża r-reliġjon biex iressaqna lejh. Int x’taħseb?

Skrittura: Ġk 1:27

Offerta: Dan l-artiklu jispjega iktar dwar x’tgħid il-Bibbja fuq dan is-suġġett. Nixtieq nerġaʼ niġi u niddiskutu xi ftit punti oħra mill-artiklu.

AĦBAR TAJBA MINGĦAND ALLA!

Mistoqsija: Ħafna jħossu li meta jaqraw il-profeziji tal-Bibbja jkunu qishom qed jaqraw il-gazzetti. Liema minn dawn l-affarijiet imbassrin int rajt jew smajt dwarhom?

Skrittura: 2Ti 3:1-5

Offerta: Dan il-browxer jispjega kif dawn il-kundizzjonijiet fir-realtà huma aħbar tajba għal dawk li jħobbu lil Alla. [Enfasizza lezzjoni 1, mistoqsija 2.]

AGĦMEL IL-PREŻENTAZZJONI TIEGĦEK STESS

Uża l-istil tal-eżempji taʼ qabel biex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek tas-servizz tal-għalqa.