Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ATTI 25-26

Pawlu jappella għal quddiem Ċesari u mbagħad jagħti xhieda lis-Sultan Erodi Agrippa

Pawlu jappella għal quddiem Ċesari u mbagħad jagħti xhieda lis-Sultan Erodi Agrippa

25:11; 26:1-3, 28

Għalkemm m’għandniex għalfejn inkunu ansjużi dwar x’se ngħidu meta ‘jressquna quddiem gvernaturi u slaten,’ għandna nkunu ‘dejjem lesti li niddefendu ruħna’ maʼ kull min ikun irid raġuni għat-​tama tagħna. (Mt 10:18-20; 1Pt 3:15) Kif nistgħu nimitaw l-​eżempju taʼ Pawlu jekk dawk li jopponu jippruvaw jinqdew bil-​liġi biex jaqilgħu l-​inkwiet?—Sa 94:20.

  • Aħna nużaw id-​drittijiet legali tagħna biex niddefendu l-​aħbar tajba.—At 25:11

  • Nuru rispett meta nitkellmu mal-​awtoritajiet.—At 26:2, 3

  • Jekk ikun xieraq, nispjegaw kif l-​aħbar tajba għenet lilna u lil oħrajn.—At 26:11-20