11:28-30

“Il-​madmad tiegħi ħelu”

Peress li kien mastrudaxxa, Ġesù kien jaf kif jaħdem madmad. Forsi kien jiksih b’biċċa drapp jew ġilda biex min jużah ikun komdu kemm jistaʼ jkun. Meta naċċettaw il-​madmad taʼ Ġesù, billi nsiru dixxipli tiegħu meta nitgħammdu, aħna naċċettaw xogħol taʼ sfida u responsabbiltà. Imma dan iġib ħafna barkiet, għax li nkunu involuti f’xogħol spiritwali jġib serħan.

X’inhuma xi barkiet li gawdejt int minn mindu dħalt taħt il-​madmad taʼ Ġesù?