Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | MATTEW 8-9

Ġesù kien iħobb in-nies

Ġesù kien iħobb in-nies

Kapitli 8 u 9 taʼ Mattew ikopru parti mill-​ministeru taʼ Ġesù fir-​reġjun tal-​Galilija. Meta Ġesù fejjaq lin-​nies, hu wera l-​qawwa tiegħu. Imma iktar importanti minn hekk, hu wera l-​imħabba u l-​mogħdrija kbira li kellu għan-​nies.

  1. Ġesù fejjaq raġel bil-​ġdiem.—Mt 8:1-3

  2. Ġesù fejjaq qaddej taʼ fizzjal tal-​armata.—Mt 8:5-13

    Fejjaq lill-​kunjata taʼ Pietru.—Mt 8:14, 15

    Keċċa lid-​demonji u fejjaq lin-​nies li kienu qed ibatu.—Mt 8:16, 17

  3. Ġesù keċċa demonji li kienu feroċi ħafna u bagħathom f’merħla ħnieżer.—Mt 8:28-32

  4. Ġesù fejjaq raġel paralitiku.—Mt 9:1-8

    Fejjaq mara li messet il-​libsa tiegħu, u rxoxta t-​tifla taʼ Ġajru.—Mt 9:18-26

    Fejjaq lill-​għomja u lill-​muti.—Mt 9:27-34

  5. Ġesù kien idur il-​bliet u l-​irħula u jfejjaq kull xorta taʼ mard u kull xorta taʼ nuqqas taʼ saħħa.—Mt 9:35, 36

Kif nistaʼ nuri mħabba u mogħdrija maʼ dawk taʼ madwari?