Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Tibqax tinkwieta

Tibqax tinkwieta

Fil-​Prietka taʼ fuq il-​Muntanja, Ġesù qal: “Tibqgħux tkunu ansjużi dwar ħajjitkom.” (Mt 6:25) Filwaqt li hi xi ħaġa naturali li l-​bnedmin imperfetti kultant ikunu ansjużi, għax qed jgħixu fid-​dinja taʼ Satana, Ġesù kien qed jgħallem lis-​segwaċi tiegħu biex ma jkunux ansjużi żżejjed. (Sa 13:2) Għala? Għax ansjetà żejda, anki dwar il-​bżonnijiet taʼ kuljum, tistaʼ taljenana, u b’hekk tagħmilhielna iktar diffiċli biex infittxu s-​Saltna l-​ewwel. (Mt 6:33) Dak li Ġesù kompla jgħid se jgħinna biex ma nibqgħux ninkwetaw għalxejn b’xejn.

Fuq xiex irrid nieqaf ninkwieta?