Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Eżempji ta’ preżentazzjonijiet

Eżempji ta’ preżentazzjonijiet

IT-TORRI TAL-GĦASSA

Mistoqsija: Xi nies jaħsbu li l-Bibbja hi antikwata, filwaqt li oħrajn jaħsbu li għadha tgħodd għal żmienna. Int x’taħseb?

Skrittura: 2Ti 3:16, 17

Offerta: Dan It-Torri tal-Għassa jenfasizza eżempji tal-għerf prattiku li hemm fil-Bibbja u jagħti suġġerimenti dwar kif tistaʼ tibbenefika l-iktar mill-qari tal-Bibbja.

GĦALLEM IL-VERITÀ

Mistoqsija: It-tmiem tad-dinja huwa qrib?

Skrittura: Mt 24:3, 7, 14

Verità: Il-profeziji tal-Bibbja juru li qed ngħixu fiż-żmien tal-aħħar. Imma din hi aħbar tajba—dan ifisser li dalwaqt se jkollna żminijiet aħjar.

ISMAʼ MINN ALLA

Mistoqsija: Tixtieq tgħix f’dinja li tkun tidher hekk? [Uri paġni 2-3, u agħti ċans għal tweġiba.]

Skrittura: Ġer 29:11

Offerta: Dan il-browxer juri kif nistgħu nisimgħu minn Alla u b’hekk ingawdu l-futur li hu għandu lest għalina. [Ikkunsidra paġni 4-5.]

AGĦMEL IL-PREŻENTAZZJONI TIEGĦEK STESS

Uża l-istil tal-eżempji taʼ qabel biex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek tas-servizz tal-għalqa.