Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Il-privileġġ tagħna taʼ li nibnu postijiet għall-qima vera u nagħmlulhom manutenzjoni

Il-privileġġ tagħna taʼ li nibnu postijiet għall-qima vera u nagħmlulhom manutenzjoni

Il-bini tat-tempju tal-Iżrael kien jirrikjedi ħafna xogħol u spejjeż. Madankollu, l-Iżraelin appoġġaw il-proġett b’żelu. (1Kr 29:2-9; 2Kr 6:7, 8) Wara li tlesta t-tempju, il-manutenzjoni li saret mill-Iżraelin irriflettiet kemm kienu spiritwali jew kemm ma kinux. (2Sl 22:3-6; 2Kr 28:24; 29:3) Illum, Kristjani jinvestu ħafna ħin u jagħmlu ħafna sforz f’li jibnu Swali tas-Saltna u tal-Assembleat, inaddfuhom, u jagħmlulhom manutenzjoni. Madankollu, meta naħdmu maʼ Ġeħova b’dan il-mod, dan ikun privileġġ għalina u parti mis-servizz sagru tagħna.—Sa 127:1; Ri 7:15.

NISTGĦU NIEĦDU SEHEM BILLI . . .

  • Innaddfu wara kull laqgħa. Jekk iċ-ċirkustanzi tiegħek jillimitawk, b’qalb tajba nitolbuk biex tħalli madwar is-siġġu tiegħek nadif.

  • Nipparteċipaw fit-tindif u fil-manutenzjoni regulari tas-Sala tas-Saltna. Jekk kulħadd jagħti daqqa t’id, ix-xogħol se jsir bil-ferħ u jkun eħfef.—lv 92-93 ¶18.

  • Nappoġġaw b’mod finanzjarju. Anki kontribuzzjoni taʼ “żewġ muniti żgħar” mogħtijin mill-qalb jogħġbu lil Ġeħova.—Mk 12:41-44.

  • Noffru biex ngħinu fil-bini u fir-rinovazzjoni taʼ postijiet teokratiċi jekk iċ-ċirkustanzi tagħna jippermettulna. M’hemmx għalfejn ikollna esperjenza fil-bini biex nieħdu sehem.