Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Eżempji taʼ preżentazzjonijiet

Eżempji taʼ preżentazzjonijiet

IT-TORRI TAL-GĦASSA

Mistoqsija: Taħseb li d-dinja tkun post aħjar fejn ngħixu li kieku kulħadd jgħix fi qbil maʼ dan il-prinċipju?

Skrittura: Eb 13:18

Offerta: Il-Bibbja tinkuraġġina biex inkunu onesti f’kollox. Allura, l-onestà għandha x’taqsam maʼ kull aspett taʼ ħajjitna. Dan hu s-suġġett taʼ dan It-Torri tal-Għassa.

IT-TORRI TAL-GĦASSA (Il-qoxra ta’ wara)

Mistoqsija: Qiegħed hawn biex inkun naf l-opinjoni tiegħek fuq din il-mistoqsija. [Aqra l-ewwel mistoqsija.] Xi nies jemmnu li wara li mmutu se nkomplu ngħixu fʼgħamla oħra, filwaqt li oħrajn iħossu li mal-mewt jispiċċa kollox. Int xʼtemmen?

Skrittura: Ek 9:5

Offerta: Dan l-artiklu jispjega iktar dwar xʼtgħid il-Bibbja fuq dan is-suġġett. Nixtieq inħallihulek biex taqrah. Imbagħad inkunu nistgħu niddiskutu dan darbʼoħra.

AĦBAR TAJBA MINGĦAND ALLA!

Offerta: Qiegħed nagħmel żjara qasira biex ngħidlek dwar kors taʼ studju tal-Bibbja bla ħlas. Dan il-browxer juri fejn tistaʼ ssib tweġibiet għal mistoqsijiet importanti fil-Bibbja tiegħek stess.

Mistoqsija: Ġieli qrajt il-Bibbja? Ħalli nurik kemm huma faċli l-lezzjonijiet f’dan il-browxer. [Ikkunsidra l-1 mistoqsija fit-2 lezzjoni.]

Skrittura: Ri 4:11

AGĦMEL IL-PREŻENTAZZJONI TIEGĦEK STESS

Uża l-istil tal-eżempji taʼ qabel biex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek tas-servizz tal-għalqa.