Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Agħżel id-divertiment tiegħek bil-għaqal

Agħżel id-divertiment tiegħek bil-għaqal

Għala għandna nagħżlu d-​divertiment tagħna bil-​għaqal? Għax meta nagħżlu li nidħlu f’websajt, naraw film, nisimgħu diska, naqraw ktieb, jew nilagħbu logħba, inkunu qed nagħżlu biex se nimlew moħħna. L-​għażliet tagħna jeffettwaw kif naġixxu. B’sogħba, ħafna mid-​divertiment li hu disponibbli llum fih affarijiet li jikkundanna Ġeħova. (Sa 11:5; Ga 5:19-21) Għal din ir-​raġuni, il-​Bibbja tħeġġiġna biex inkomplu nikkunsidraw affarijiet li jonoraw lil Ġeħova.—Flp 4:8.

ARA L-​VIDJOW LIEMA DIVERTIMENT GĦANDI NAGĦŻEL? U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Il-​logħob Ruman tal-​gladjaturi, kif inhu simili għal divertiment modern?

  • Il-​membri tal-​kongregazzjoni kif jistgħu jgħinu lil uħud iżgħar biex jagħżlu divertiment bil-​għaqal?

  • Rumani 12:9 kif għandu jeffettwa x’divertiment nagħżlu?

  • X’inhuma xi eżempji taʼ divertiment tajjeb fejn toqgħod int?