Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Kieku Ġeħova x’jaħseb?

Kieku Ġeħova x’jaħseb?

Qabel nieħdu deċiżjonijiet kbar jew żgħar, nistaqsu aħna lilna nfusna, ‘Kieku Ġeħova x’jaħseb?’ Għalkemm qatt m’aħna ħa nkunu nafu kollox dwar il-​moħħ taʼ Ġeħova, fil-​Kelma tiegħu jagħtina biżżejjed informazzjoni biex jarmana “għal kull għemil tajjeb.” (2Ti 3:16, 17; Rum 11:33, 34) B’mod ċar, Ġesù fehem x’kienet ir-​rieda taʼ Ġeħova u għamilha prijorità f’ħajtu. (Ġw 4:34) Billi nimitaw lil Ġesù, jalla nagħmlu l-​aħjar tagħna biex nieħdu deċiżjonijiet li jogħġbu lil Ġeħova.—Ġw 8:28, 29; Ef 5:15-17.

ARA L-​VIDJOW IBQGĦU IFHMU R-​RIEDA TAʼ ĠEĦOVA (LE 19:18), U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Għala għandna napplikaw prinċipji tal-​Bibbja f’ħajjitna?

  • Liema prinċipji tal-​Bibbja għandhom jeffettwaw x’mużika nagħżlu?

  • Liema prinċipji tal-​Bibbja għandhom jeffettwaw x’nilbsu u kif nidhru?

  • F’liema aspetti oħra tal-​ħajja għandna napplikaw prinċipji tal-​Bibbja?

  • Kif nistgħu ntejbu l-​abbiltà tagħna biex inkunu nafu xi jridna nagħmlu Ġeħova?

Id-deċiżjonijiet tiegħi x’juru dwar ir-relazzjoni tiegħi maʼ Ġeħova?