Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ikseb iktar benefiċċju mill-istudju persunali tiegħek

Ikseb iktar benefiċċju mill-istudju persunali tiegħek

GĦALA HU IMPORTANTI: Studju persunali tal-​Kelma t’Alla se jgħinna biex ‘nifhmu bis-​sħiħ il-​wisaʼ u t-​tul u l-​għoli u l-​fond’ tal-​verità. (Ef 3:18) Jgħinna wkoll biex nibqgħu bla ħtija u bla difett fost dinja mill-​agħar u biex inżommu “qabda soda mal-​kelma tal-​ħajja.” (Flp 2:15, 16) Bi studju persunali tal-​Kelma t’Alla, inkunu nistgħu nagħżlu liema materjal għandna bżonn bħala individwi. X’nistgħu nagħmlu biex nibbenefikaw kemm jistaʼ jkun mill-​qari u l-​istudju tal-​Bibbja?

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Immarka versi u agħmel noti fil-​Bibbja li tuża għall-​istudju persunali tiegħek, kemm jekk il-​Bibbja hi stampata jew f’format elettroniku

  • Saqsi lilek innifsek dawn il-​mistoqsijiet hekk kif taqra l-​Kelma t’Alla: ‘Min? Xiex? Meta? Fejn? Għala? Kif?’

  • Sir af il-​fatti. Billi tuża l-​għodod taʼ riċerka li għandek disponibbli, tistaʼ tfittex skont is-​suġġett jew il-​vers tal-​Bibbja

  • Immedita fuq dak li taqra ħalli tara kif tistaʼ tapplika l-​informazzjoni għalik

  • Applika dak li titgħallem fil-​ħajja taʼ kuljum.—Lq 6:47, 48

ARA L-​VIDJOW ŻOMM “QABDA SODA”—PERMEZZ TAʼ STUDJU PERSONALI EFFETTIV, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Xi wħud kif iddeskrivew l-​istudju persunali?

  • Għala għandna dejjem nibdew l-​istudju persunali tagħna b’talba?

  • X’jistaʼ jgħinna nifhmu silta tal-​Bibbja aħjar?

  • X’marki nistgħu npoġġu fil-​Bibbja li nużaw għall-​istudju?

  • Għala hu importanti ħafna li nimmeditaw meta nistudjaw il-​Kelma t’Alla?

  • X’għandna nagħmlu b’dak li nitgħallmu?

“Kemm inħobbha l-liġi tiegħek! Il-jum kollu moħħni fiha.”—Sa 119:97