Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Imxi mill-qrib wara l-passi taʼ Kristu

Imxi mill-qrib wara l-passi taʼ Kristu

Ġesù ħallielna eżempju biex nimitawh, speċjalment meta nkunu qed niffaċċjaw provi jew persekuzzjoni. (1Pt 2:21-23) Għalkemm Ġesù ġie mgħajjar, hu qatt m’għajjar lura, lanqas meta kien qed ibati. (Mk 15:29-32) X’għenu jissaporti? Hu kien determinat li jagħmel ir-​rieda taʼ Ġeħova. (Ġw 6:38) Ukoll, hu ffoka fuq “il-​ferħ li tqiegħed quddiemu.”—Eb 12:2.

Aħna kif nirreaġixxu meta niġu ttrattati ħażin minħabba t-​twemmin tagħna? Il-​Kristjani veri m’għandhomx ‘iroddu ħsara bi ħsara.’ (Rum 12:14, 17) Meta nimitaw il-​mod kif Kristu ssaporta t-​tbatijiet, inkunu nistgħu nifirħu għax ikollna l-​approvazzjoni t’Alla.—Mt 5:10-12; 1Pt 4:12-14.

ARA L-​VIDJOW L-​ISEM TAʼ ĠEĦOVA HU L-​IKTAR ĦAĠA IMPORTANTI, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Oħtna Pötzinger kif użat il-​ħin bil-​għaqal meta kienet f’ċella waħedha?

  • Liema tbatijiet issaportew Ħuna u Oħtna Pötzinger waqt li kienu f’diversi kampijiet tal-​konċentrament?

  • X’għenhom jissaportu?

Meta tkun qed tbati, segwi l-passi taʼ Kristu mill-qrib