Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ġenituri, agħtu lil uliedkom l-aqwa ċans biex jirnexxu

Ġenituri, agħtu lil uliedkom l-aqwa ċans biex jirnexxu

Ix-​xewqa taʼ ġenituri li jħobbu lil Ġeħova hi li jaraw lit-​tfal tagħhom isiru qaddejja leali tiegħu. Il-​ġenituri jistgħu jgħinuhom jagħmlu dan billi minn meta jkunu għadhom żgħar ħafna jdaħħlu f’qalb uliedhom it-​tagħlim tal-​Bibbja. (Dt 6:7; Pr 22:6) Jirrikjedi dan sagrifiċċji persunali? Dażgur! Imma meta tqis il-​barkiet, l-​isforz hu worth it.—3Ġw 4.

Il-​ġenituri jistgħu jitgħallmu ħafna minn Ġużeppi u Marija. Huma “kienu mdorrijin li minn sena għal sena jmorru Ġerusalemm għall-​festa tal-​Qbiż,” allavolja dan kien jirrikjedi ħafna xogħol u jiswiehom il-​flus. (Lq 2:41) Milli jidher, l-​iktar ħaġa importanti għall-​familja tagħhom kienet li jersqu eqreb taʼ Ġeħova. B’mod simili, illum il-​ġenituri jistgħu jiggwidaw lit-​tfal tagħhom fid-​direzzjoni t-​tajba billi jieħdu kull opportunità biex jgħallmuhom bil-​kliem u bl-​eżempju.—Sa 127:3-5.

ARA L-VIDJOW ĦADU KULL OPPORTUNITÀ, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Jon u Sharon Schiller kif komplew jaqdu lil Ġeħova waqt li kienu qed irabbu familja?

  • Il-​ġenituri għala għandhom jgħallmu, jiggwidaw, u jikkoreġu lit-​tfal tagħhom skont il-​bżonnijiet taʼ kull wieħed minnhom?

  • Il-​ġenituri kif jistgħu jippreparaw lil uliedhom biex jibqgħu sodi fil-​fidi waqt li jkunu għaddejjin minn provi?

  • Liema għodod provduti mill-​organizzazzjoni taʼ Ġeħova użajt biex tgħin lit-​tfal tiegħek isiru ħbieb taʼ Ġeħova?

Agħmluha prijorità li bħala familja taqdu lil Ġeħova