Kemm Ġożwè u kemm Salamun ikkonfermaw li lanqas kelma waħda mill-​wegħdi taʼ Ġeħova ma naqset. (Ġoż 23:14; 1Sl 8:56) Il-​konferma taʼ dawn iż-​żewġ xhieda taʼ min joqgħod fuqhom tkompli ssaħħaħ il-​bażi soda li fuqha nistgħu nibnu l-​fidi tagħna.—2Ko 13:1; Tit 1:2.

Kif twettqu l-​wegħdi taʼ Ġeħova fi żmien Ġożwè? Flimkien mal-​familja tiegħek, ara l-​vidjow “Lanqas kelma waħda ma naqset.” Imbagħad ikkunsidra l-​mistoqsijiet li ġejjin: (1) Kif tistaʼ timita l-​fidi taʼ Raħab? (Eb 11:31; Ġk 2:24-​26) (2) L-​eżempju taʼ Għakan kif jagħti prova li meta ma nobdux apposta nġibu diżastru? (3) Minkejja li l-​irġiel taʼ Gibegħon kienu gwerriera, għala qarrqu b’Ġożwè u għamlu paċi mal-​Iżrael? (4) Il-​kelma taʼ Ġeħova kif seħħet meta ħames slaten tal-​Amurrin heddew lill-​Iżrael? (Ġoż 10:5-​14) (5) Ġeħova kif aġixxa għall-​benefiċċju tiegħek hekk kif poġġejt is-​Saltna t’Alla u s-​sewwa tiegħu l-​ewwel f’ħajtek?—Mt 6:33.

Hekk kif nirriflettu fuq dak kollu li Ġeħova għamel, qed jagħmel, u se jagħmel, il-​fidi tagħna fil-​wegħdi tiegħu se tkompli tissaħħaħ.—Rum 8:31, 32.

Għandek fidi bħal dik taʼ Ġożwè?