Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Żomm mal-​livelli morali taʼ Ġeħova

Żomm mal-​livelli morali taʼ Ġeħova

Alla Ġeħova huwa l-​wieħed li jistabbilixxi l-​livelli morali għall-​umanità. Pereżempju, hu stabbilixxa li ż-​żwieġ huwa rabta dejjiema bejn raġel u mara. (Mt 19:4-​6, 9) Hu jikkundanna kull tip taʼ immoralità sesswali. (1Ko 6:9, 10) Jipprovdi saħansitra prinċipji dwar l-​ilbies u d-​dehra biex jiddistingwi n-​nies tiegħu min-​nies l-​oħrajn.—Dt 22:5; 1Ti 2:9, 10.

Fid-​dinja tal-​lum, ħafna nies ma jaċċettawhomx il-​livelli taʼ Ġeħova. (Rum 1:18-​32) Dawn iħallu l-​ħarsa tal-​lum tinfluwenza l-​mod kif jilbsu, jidhru, u jġibu ruħhom. Ħafna wħud jiftaħru bil-​ħajja laxka li jgħixu u saħansitra jikkritikaw ’il dawk li għandhom stil taʼ ħajja differenti.—1Pt 4:3, 4.

Bħala Xhieda taʼ Ġeħova, irridu bil-​kuraġġ inżommu mal-​livelli morali t’Alla. (Rum 12:9) B’liema mod? Billi bit-​tattika nuru dak li hu aċċettabbli għal Alla. Imma hemm bżonn ukoll inżommu livelli għoljin fil-​ħajja tagħna stess. Pereżempju, meta nkunu qed nagħżlu x’se nilbsu u kif se nidhru, nistgħu nistaqsu lilna nfusna: ‘L-​għażliet tiegħi jirriflettu l-​livelli taʼ Ġeħova jew tad-​dinja? L-​ilbies u d-​dehra tiegħi jiddistingwuni bħala Kristjan li nibżaʼ minn Alla?ʼ Inkella meta niddeċiedu liema programm jew film se naraw, nistgħu nistaqsu lilna nfusna: ‘Ġeħova se japprovah dan il-​programm? Il-​livelli morali taʼ min jinkuraġġixxi? Jistaʼ jkun li d-​divertiment li nagħżel idgħajjifni moralment? (Sa 101:3) Jistaʼ jkun taʼ tfixkil għall-​familja tiegħi jew għal oħrajn?’—1Ko 10:31-​33.

Għala huwa tant importanti li nżommu mal-​livelli morali taʼ Ġeħova? Kristu Ġesù dalwaqt se jeqred il-​ġnus u l-​ħażen kollu. (Eże 9:4-​7) Dawk biss li jkunu qed jagħmlu r-​rieda t’Alla se jibqgħu ħajjin. (1Ġw 2:15-​17) Mela ejja nappoġġjaw il-​livelli morali taʼ Ġeħova biex min jara l-​kondotta tajba tagħna jkun jistaʼ jigglorifika lil Alla.—1Pt 2:11, 12.

Il-ħwejjeġ li nagħżel u l-mod kif nidher x’jgħidu dwar il-livelli morali tiegħi?

ARA L-​VIDJOW SIR ĦABIB TAʼ ĠEĦOVA—RAĠEL WIEĦED U MARA WAĦDA, U MBAGĦAD IKKUNSIDRA L-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Għala huwa għaqli li tgħix fi qbil mal-​livelli taʼ Ġeħova?

  • Il-​ġenituri għala għandhom jgħallmu lil uliedhom il-​livelli morali taʼ Ġeħova minn meta jkunu żgħar?

  • Kif jistgħu kemm il-​kbar u anke ż-​żgħar jgħinu lin-​nies jibbenefikaw mit-​tama li Alla jagħti għall-​futur?