Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ħu pjaċir ipprietka l-​aħbar tajba

Ħu pjaċir ipprietka l-​aħbar tajba

Qatt sibtha diffiċli li tipprietka? Ħafna minna jwieġbu iva għal din il-​mistoqsija. Għala? Għax forsi b’mod regulari niffaċċjaw apatija jew oppożizzjoni fit-​territorju tagħna jew nibżgħu nitkellmu maʼ xi ħadd li ma nafux. Ovvjament, dawn l-​affarijiet jistgħu jnaqqsulna l-​ferħ. Madankollu, aħna nqimu l-​Alla li hu ferrieħi u li jridna naqduh bil-​ferħ. (Sa 100:2; 1Ti 1:11) Liema huma tliet raġunijiet tajbin għala għandna nieħdu pjaċir nippritkaw?

L-​ewwel raġuni hi li aħna niddikjaraw messaġġ taʼ tama. Għalkemm it-​tama qed tonqos fis-​soċjetà tal-​lum, aħna nistgħu nagħtu lin-​nies “aħbar tajba taʼ xi ħaġa aħjar.” (Is 52:7) Imma l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla tistaʼ tferraħ lilna wkoll. Qabel toħroġ tipprietka, immedita fuq il-​barkiet li s-​Saltna t’Alla se ġġib fuq l-​art.

It-​tieni raġuni hi li l-​aħbar tajba li nippritkaw hi taʼ benefiċċju kemm fiżikament u kemm spiritwalment għan-​nies. Huma jitgħallmu jabbandunaw prattiki li jagħmlu l-​ħsara u jiksbu t-​tama taʼ ħajja taʼ dejjem. (Is 48:17, 18; Rum 1:16) Aħna nistgħu nimmaġinaw lilna nfusna li qed naħdmu biex infittxu u nsalvaw lin-​nies wara xi diżastru. Għalkemm xi nies ma jridux jiġu salvati, aħna nkomplu nfittxu lil dawk li jridu jiġu salvati.—Mt 10:11-​14.

It-​tielet raġuni, u l-​iktar importanti, hi li l-​ippritkar tagħna jonora lil Ġeħova. Hu jgħożż ħafna l-​ippritkar tagħna. (Is 43:10; Eb 6:10) Iktar minn hekk, hu jagħtina b’mod ġeneruż l-​ispirtu qaddis tiegħu biex inwettqu dan ix-​xogħol. B’hekk, itlob bil-​ħrara lil Ġeħova għall-​ferħ, li jiġi mill-​ispirtu qaddis. (Ga 5:22) Permezz tal-​għajnuna tiegħu, nistgħu negħlbu l-​ansjetajiet tagħna u nippritkaw b’kuraġġ. (At 4:31) Imbagħad, jaġixxu kif jaġixxu n-​nies fit-​territorju tagħna, se nsibu l-​ferħ fl-​inkarigu tal-​ippritkar tagħna.—Eże 3:3.

Liema attitudni tixtieq li jkollok fil-​ministeru? Kif tistaʼ turi l-​ferħ?

ARA L-​VIDJOW ERĠAʼ IKSEB IL-​FERĦ PERMEZZ TAʼ STUDJU U MEDITAZZJONI, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Għala għandna nagħtu prijorità lill-​istudju spiritwali tagħna, anki jekk inqattgħu ħafna sigħat nippritkaw kull xahar?

  • B’liema mod għandna nimitaw lil Marija?

  • Int meta twarrab il-​ħin biex timmedita fuq il-​Kelma t’Alla?

  • X’jagħmlek ferħan meta tipprietka l-​aħbar tajba?