Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Eżempji ta’ preżentazzjonijiet

Eżempji ta’ preżentazzjonijiet

STENBAĦ!

Mistoqsija: Hi l-​Bibbja minn Alla? Jew hi ktieb li fih biss il-​ħsibijiet tal-​bniedem?

Skrittura: 2Ti 3:16

Offerta: Din il-​ħarġa taʼ Stenbaħ! tikkunsidra tliet modi kif nistgħu nkunu ċerti li l-​Bibbja hi minn Alla.

GĦALLEM IL-​VERITÀ

Mistoqsija: Kif għandna nqisu r-​rigal tal-​ħajja?

Skrittura: Ri 4:11

Verità: Ladarba l-​ħajja hi rigal mingħand Alla, għandna nittrattawha b’rispett. Aħna konxji li s-​sigurtà hi importanti u qatt mhu se nieħdu l-​ħajja taʼ xi ħadd apposta. Aħna ngħożżu r-​rigal tal-​ħajja.

X’INHU S-​SIGRIET GĦAL FAMILJA FERĦANA? (T-​32)

Mistoqsija: Innota l-​mistoqsija li hemm fuq il-​faċċata tal-​fuljett u x’jistaʼ jkunu xi tweġibiet. Int x’taħseb?

Skrittura: Lq 11:28

Offerta: Dan il-​fuljett juri x’jistaʼ jfisser dan għall-​familja tiegħek u għala nistgħu nemmnu dak li tgħid il-​Bibbja.

AGĦMEL IL-​PREŻENTAZZJONI TIEGĦEK STESS

Uża l-​istil tal-​eżempji taʼ qabel biex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek tas-​servizz tal-​għalqa.