Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | SALM 34-37

Afda f’Ġeħova u agħmel it-tajjeb

Afda f’Ġeħova u agħmel it-tajjeb

“Tgħirx għal dawk li jagħmlu l-inġustizzja”

37:1, 2

  • Tħallix is-suċċess temporanju tan-nies ħżiena jaljenak milli taqdi lil Ġeħova. Ibqaʼ ffokat fuq il-barkiet u l-miri spiritwali

“Afda f’Ġeħova u agħmel it-tajjeb”

37:3

  • Kun ċert li Ġeħova se jappoġġjak fi kwalunkwe dubju jew ansjetà li jistaʼ jkollok. Se jgħinek tibqaʼ leali

  • Żomm ruħek okkupat billi taqsam l-aħbar tajba tas-Saltna t’Alla

“Tgħaxxaq b’Ġeħova bil-kbir”

37:4

  • Warrab ħin fl-iskeda tiegħek biex taqra l-Kelma t’Alla u timmedita fuqha bil-mira li ssir taf lil Ġeħova aħjar

“Erħi triqtek f’idejn Ġeħova”

37:5, 6

  • Għandu jkollok fiduċja sħiħa li Ġeħova se jgħinek tkampa maʼ kull problema

  • Żomm kondotta tajba minkejja li tiġi rappreżentat ħażin, tiffaċċja oppożizzjoni, jew persekuzzjoni

“Ibqaʼ sieket quddiem Ġeħova u stennieh bil-ħerqa”

37:7-9

  • Evita li tagħmel xi ħaġa bla ħsieb li tistaʼ tisraqlek il-ferħ u s-sigurtà spiritwali

“Il-ġwejdin se jirtu l-art”

37:10, 11

  • Kun ġwejjed, u b’umiltà stenna lil Ġeħova biex ineħħi l-inġustizzja kollha li tesperjenza

  • Appoġġja lil sħabek fit-twemmin, u farraġ lid-dipressi bil-wegħda t’Alla taʼ dinja ġdida, li hi fil-qrib

Is-Saltna t’Alla mmexxija minn Kristu se ġġib barkiet bla għadd