Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | SALM 45-51

Ġeħova ma jistmerrx qalb maqsuma

Ġeħova ma jistmerrx qalb maqsuma

Salm 51 inkiteb minn David wara li l-profeta Natan ġibed l-attenzjoni għad-dnub serju li għamel David maʼ Bet-seba. Il-kuxjenza taʼ David niggżitu, u b’umiltà stqarr dnubu.—2Sa 12:1-14.

David dineb imma xorta kien għadu possibbli li jirkupra spiritwalment

51:3, 4, 8-12, 17

  • Qabel ma nidem u stqarr ħtijietu, il-kuxjenza tiegħu għamlitu ddisprat

  • Hu tant kien qed ibati minħabba d-diżapprovazzjoni t’Alla li ħassu bħal raġel li kellu għadmu mfarrak

  • Hu kien jixxennaq biex jikseb il-maħfra, jirkupra spiritwalment, u jgawdi l-ferħ li kellu qabel

  • Hu b’umiltà talab lil Ġeħova bil-ħniena biex jgħinu jiżviluppa xewqa li jobdi

  • Hu kien fiduċjuż li Ġeħova se jaħfirlu