Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | RUMANI 4-6

“Alla jirrikkmandalna mħabbtu”

“Alla jirrikkmandalna mħabbtu”

5:8, 18, 21

Ir-​rigal tal-​fidwa li ta Ġeħova hu importanti ħafna biex inaddaf ir-​reputazzjoni taʼ Ġeħova u jagħti prova li għandu d-​dritt imexxi u li l-​mod kif hu jmexxi hu l-​aħjar mod. Imma l-​fidwa tagħmilha possibbli wkoll li nsiru ħbieb taʼ Ġeħova issa u toffri t-​tama taʼ futur mimli ferħ għall-​bnedmin ubbidjenti kollha.

Kif nistgħu nuru l-​gratitudni tagħna għar-​rigal tal-​fidwa?

  • Id-​dedikazzjoni u l-​magħmudija juru li għandna fidi fil-​fidwa u li aħna nixtiequ nkunu taʼ Ġeħova

  • Meta nippritkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla nkunu qed nuru li qed nimitaw l-​imħabba li Ġeħova għandu għal kull xorta taʼ nies.—Mt 22:39; Ġw 3:16

B’liema modi oħra nistaʼ nuri l-​gratitudni tiegħi lejn Ġeħova għar-​rigal tal-​fidwa?