GĦALA HU IMPORTANTI: Jekk “il-​ħsieb f’qalb il-​bniedem hu bħal ilmijiet fondi,” allura bil-​mistoqsijiet tkun taf il-​ħsibijiet bħalma b’barmil tkun tistaʼ ttellaʼ l-​ilma. (Pr 20:5) Il-​mistoqsijiet jgħinuna ninvolvu lis-​semmiegħa tagħna. Tweġibiet għal mistoqsijiet magħżulin sew jipprovdu informazzjoni taʼ valur. Ġesù uża l-​mistoqsijiet b’mod effettiv. Kif nistgħu nimitawh?

KIF TAGĦMEL DAN:

  • B’mistoqsijiet li jitolbu opinjoni. Ġesù saqsa sensila taʼ mistoqsijiet biex ikun jaf kif jaħsbuha d-​dixxipli tiegħu. (Mt 16:13-16; be 238 ¶3-5) Liema mistoqsijiet li jitolbu opinjoni tistaʼ ssaqsi?

  • B’mistoqsijiet li jwasslu għall-​konklużjoni t-​tajba. Sabiex Ġesù jikkoreġi l-​ħsieb taʼ Pietru, Ġesù saqsa mistoqsijiet u qal x’jistgħu jkunu t-​tweġibiet biex iwasslu lil Pietru għall-​konklużjoni t-​tajba. (Mt 17:24-26) Liema mistoqsijiet tistaʼ ssaqsi biex tgħin lil xi ħadd jirraġuna u jasal għall-​konklużjoni t-​tajba?

  • Faħħar lis-​semmiegħ tiegħek. Wara li skriba ‘wieġeb b’mod intelliġenti,’ Ġesù faħħru. (Mk 12:34) Kif tistaʼ tfaħħar lil xi ħadd li jwieġeb mistoqsija?

URI L-​EWWEL PARTI TAL-​VIDJOW AGĦMEL IX-​XOGĦOL LI ĠESÙ GĦAMEL—GĦALLEM, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Għalkemm l-​informazzjoni hi eżatta, għala dan hu mod ħażin taʼ kif ngħallmu?

  • Għala hemm bżonn li nagħmlu iktar milli sempliċiment nispjegaw l-​informazzjoni?

URI T-​TIENI PARTI TAL-​VIDJOW AGĦMEL IX-​XOGĦOL LI ĠESÙ GĦAMEL—GĦALLEM, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Il-​ħu kif uża mistoqsijiet b’mod effettiv?

  • Meta ninnotaw kif għallem, x’nistgħu nitgħallmu iktar?

Il-​mod kif ngħallmu, x’effett għandu fuq oħrajn? (Lq 24:32)