Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

“Onora lil missierek u lil ommok”

“Onora lil missierek u lil ommok”

Meta Ġesù kien fuq l-​art, hu enfasizza l-​kmand: “Onora lil missierek u lil ommok.” (Eżo 20:12; Mt 15:4) Ġesù żgur li kellu l-​libertà tal-​kelma għax hu baqaʼ ubbidjenti lejn il-​ġenituri tiegħu bħala żagħżugħ. (Lq 2:51) U bħala adult, Ġesù għamel ċert li jkun hemm min jieħu ħsieb ommu wara l-​mewt tiegħu.—Ġw 19:26, 27.

Anki llum, iż-​żgħażagħ Kristjani li jobdu l-​ġenituri tagħhom u jkellmuhom b’rispett ikunu qed jonorawhom. Infatti, il-​kmand biex nonoraw il-​ġenituri tagħna jibqaʼ jgħodd. Anki wara li l-​ġenituri jixjieħu, aħna għandna nkomplu nonorawhom billi nagħtu kas dak li jgħidulna. (Pr 23:22) Ukoll, nonoraw lill-​ġenituri tagħna li jkunu mdaħħlin fiż-​żmien billi nieħdu ħsiebhom emozzjonalment u finanzjarjament skont il-​bżonn. (1Ti 5:8) Kemm jekk aħna żgħar u kemm jekk aħna kbar, li nżommu komunikazzjoni tajba mal-​ġenituri tagħna hu mod importanti kif nonorawhom.

MIL-​LEZZJONIJIET MINN FUQ IL-​WHITEBOARD, ARA L-​VIDJOW KIF NISTAʼ NITKELLEM MAL-​ĠENITURI TIEGĦI?, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Għala jistaʼ jkun li ssibha diffiċli biex titkellem mal-​ġenituri tiegħek?

  • Kif tistaʼ tonora lill-​ġenituri tiegħek meta tkun qed titkellem magħhom?

  • Għala jkun jaqbillek li tagħmel sforz biex tkellem lill-​ġenituri tiegħek? (Pr 15:22)

    Li titkellem mal-ġenituri tiegħek jistaʼ jgħinek biex tirnexxi fil-ħajja