Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | MATTEW 18-19

Oqgħod b’sebgħa għajnejn biex la tfixkel lilek innifsek u lanqas lil oħrajn

Oqgħod b’sebgħa għajnejn biex la tfixkel lilek innifsek u lanqas lil oħrajn

Ġesù uża tixbihat biex jgħallem kemm hi ħaġa serja li nitfixklu jew li nfixklu lil oħrajn.

18:6, 7

  • Il-​kelma “tfixkil” tirreferi għal azzjoni jew ċirkostanza li twassal lil persuna biex taqbad triq ħażina, tniggeż jew tmur kontra l-​kuxjenza, jew taqaʼ fid-​dnub

  • Persuna li tkun il-​kaġun biex ħaddieħor jitfixkel, ikun aħjar li taqaʼ l-​baħar b’ġebla taʼ mitħna mdawra m’għonqha

Ġebel tal-mitħna

18:8, 9

  • Ġesù lis-​segwaċi tiegħu tahom il-​parir biex ineħħu saħansitra xi ħaġa prezzjuża daqs l-​id jew l-​għajn jekk qed iġġegħelhom jitfixklu

  • Ikun aħjar li tneħħi dik ix-​xi ħaġa li tqisha importanti u tidħol fis-​Saltna t’Alla milli tħalliha marbuta maʼ qalbek u tispiċċa f’Geħenna, simbolu taʼ qerda totali

X’jistaʼ jsir taʼ tfixkil f’ħajti, u kif nistaʼ ma nfixkilx lili nnifsi jew lil oħrajn?