“Hu kien mistmerr u skartat min-nies . . . aħna nfusna qisnieh bħala wieħed kastigat, imsawwat, u milqut bis-sofferenza minn Alla”

53:3-5

  • Ġesù kien mistmerr u akkużat bħala wieħed midgħi. Xi wħud emmnu li Alla kien qed jikkastigah, bħallikieku kien qed jolqtu b’marda moqżieża

“Ġeħova għoġbu jfarrku; . . . u kulma jogħġob lil Ġeħova jirnexxi f’idu”

53:10

  • Bla dubju, Ġeħova bata meta ra ’l Ibnu jiġi maqtul. Imma hu ħa pjaċir ħafna jara l-lealtà assoluta taʼ Ġesù. Il-mewt taʼ Ġesù pprovdiet tweġiba għall-isfida taʼ Satana rigward il-lealtà tal-qaddejja t’Alla u ġabet benefiċċji għan-nies niedma. B’hekk, il-mewt taʼ Ġesù għenet biex titwettaq ir-rieda taʼ Ġeħova