Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Eżempji ta’ preżentazzjonijiet

Eżempji ta’ preżentazzjonijiet

STENBAĦ!

Mistoqsija: Skont xi rapporti, l-għadd taʼ żgħażagħ li qed ibatu minn dipressjoni qed jiżdied b’rata allarmanti. X’taħseb li jistaʼ jsir dwar din il-problema?

Offerta: Din ir-rivista tagħti xi suġġerimenti dwar kif iż-żgħażagħ jistgħu jkampaw mad-dipressjoni, u kif il-ġenituri tagħhom jistgħu jgħinuhom.

GĦALLEM IL-VERITÀ

Mistoqsija: X’jagħmel żwieġ hieni?

Skrittura: Ef 5:33

Verità: Iż-żwieġ jissaħħaħ meta jkun mibni fuq l-imħabba u r-rispett.

THE ORIGIN OF LIFE—FIVE QUESTIONS WORTH ASKING (lf)

Mistoqsija: Meta ssaqsi mistoqsijiet importanti bħal kif bdiet il-ħajja, fuq xiex taħseb li għandna nibbażaw it-twemmin tagħna?

Skrittura: Eb 11:1

Offerta: Hawn qed jgħid li nkunu għaqlin jekk nibbażaw il-fidi tagħna fuq “turija evidenti,” jew fuq affarijiet li jikkonvinċuk. Dan il-browxer jikkunsidra ħames mistoqsijiet importanti dwar l-oriġini tal-ħajja u x’turi evidenza taʼ min joqgħod fuqha.

AGĦMEL IL-PREŻENTAZZJONI TIEGĦEK STESS

Uża l-istil tal-eżempji taʼ qabel biex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek tas-servizz tal-għalqa.