Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ESTER 1-5

Ester iddefendiet lill-poplu t’Alla

Ester iddefendiet lill-poplu t’Alla

Ester uriet fidi u kuraġġ mill-aqwa meta ddefendiet lill-poplu t’Alla

  • Li tidher quddiem is-sultan mingħajr ma tkun imsejħa setaʼ jfisser mewt. Ester kienet ilha 30 jum ma tiġi mistiedna mis-sultan

  • Is-Sultan Aħasweru, li hu maħsub li kien Serse I, kellu temperament vjolenti. Darba minnhom ħareġ kmand biex raġel jaqsmuh fi tnejn u biex ġismu jitqiegħed fejn jidher bħala twissija. Ukoll, hu neħħa lil Vasti minn sultana talli m’obditux

  • Ester kellha turi li hi kienet Lhudija u kellha tikkonvinċi lis-sultan li hu kien ġie mqarraq minn dak li kien jagħtih il-pariri u li kien fdat minnu