Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Stieden lil kulħadd fit-territorju tiegħek għat-Tifkira!

Stieden lil kulħadd fit-territorju tiegħek għat-Tifkira!
DEHRA

Matul il-kampanja li se tibda fis-27 taʼ Frar, se nistiednu lil kemm jistaʼ jkun nies mit-territorju tagħna biex josservaw magħna t-Tifkira tal-mewt taʼ Ġesù. Għandna wkoll noqogħdu attenti ħafna għal kwalunkwe interess li jintwera sabiex nikkultivawh.

PASSI X’TIKKUNSIDRA

AGĦMEL IL-PREŻENTAZZJONI TIEGĦEK

“Qed inqassmu dan l-invit għal ġrajja importanti ħafna. Fit-23 taʼ Marzu, miljuni taʼ nies madwar id-dinja se jiltaqgħu biex jikkommemoraw il-mewt taʼ Ġesù Kristu u biex jisimgħu taħdita bla ħlas ibbażata fuq il-Bibbja dwar kif il-mewt tiegħu hi taʼ benefiċċju għalina. Dan l-invit juri l-ħin u l-post tal-laqgħa li se ssir fit-territorju tagħna. Jekk jogħġbok ejja, jekk tkun tistaʼ tiġi.”

Jekk l-individwu juri interess . . .

  • OFFRI IT-TORRI TAL-GĦASSA

    Witti t-triq għal żjara lura.

  • URI L-VIDJOW TAT-TIFKIRA

    Witti t-triq għal żjara lura.

Meta terġaʼ tmur, tistaʼ . . .

  • URI GĦALA GĦANDEK TISTUDJA L-BIBBJA?

    Imbagħad offri pubblikazzjoni bħala għajnuna biex tiġi studjata l-Bibbja.

  • OFFRI IL-BIBBJA X’TGĦALLEM VERAMENT?

    Agħti iktar informazzjoni dwar it-Tifkira billi tuża l-paġni 206-208. Imbagħad offri l-ktieb.

  • OFFRI ISMAʼ MINN ALLA

    Iddiskuti t-tifsira tal-mewt taʼ Kristu billi tuża paġni 18-19. Imbagħad offri l-browxer.