GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ġeħova oriġina ż-​żwieġ biex ikun rabta permanenti bejn raġel u mara. (Ġen 2:22-24) F’każijiet taʼ immoralità sesswali biss jistaʼ jkun hemm l-​għażla tad-​divorzju. (Mal 2:16; Mt 19:9) Ladarba Ġeħova jixtieq li l-​Kristjani jkollhom żwieġ hieni, hu pprovda prinċipji sabiex jgħinuhom jużaw l-​għaqal meta jiġu biex jagħżlu sieħeb jew sieħba u biex iż-​żwieġ jibqaʼ hieni.—Ek 5:4-6.

ARA L-​VIDJOW X’INHI L-IMĦABBA VERA?, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Għala l-​parir mogħti lil Liz mill-​ġenituri tagħha kien għaqli u għall-​ġid tagħha?

  • Għaliex ma jkunx għaqli li taħseb li tistaʼ tbiddel lill-​persuna li qed toħroġ magħha?

  • Paul u Maria liema parir għaqli taw lil Liz?

  • Għala kien hemm problemi kbar fiż-​żwieġ taʼ Zach u Megan?

  • Liema miri spiritwali simili kellhom John u Liz?

  • Għala għandek issir taf il-​“persuna minn ġewwa” taʼ dak li jkun qabel ma tiżżewġu? (1Pt 3:4)

  • X’inhi l-​imħabba vera? (1Ko 13:4-8)