Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nilħqu lil kulħadd fit-territorju tagħna

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Nilħqu lil kulħadd fit-territorju tagħna

GĦALA HU IMPORTANTI: Żakkarija bassar li nies taʼ kull lingwa mill-​ġnus kollha kienu se jaċċettaw l-​aħbar tajba. (Ża 8:23) Imma min kien se jgħallimhom? (Rum 10:13-15) Aħna għandna l-​privileġġ u r-​responsabbiltà li naqsmu l-​aħbar tajba maʼ kulħadd fit-​territorju tagħna.—od 83-84 ¶10-11.

KIF TAGĦMEL DAN:

  • Ipprepara. Tiltaqaʼ int maʼ nies li jitkellmu b’lingwa oħra? Int tistaʼ tuża l-​app tal-​JW Language biex titgħallem preżentazzjoni sempliċi. Jew inkella tistaʼ tuża l-​mowbajl jew it-​tablet tiegħek biex turi lil dak li jkun kif isib informazzjoni bil-​lingwa tiegħu stess minn fuq jw.org

  • Osserva. Jekk qiegħed fis-​servizz minn dar għal dar, ħu kull opportunità biex tagħti xhieda lil dawk li jgħaddu minn ħdejk jew lil min ikun qed jistenna fil-​karozza. Jekk qed tipprietka f’postijiet pubbliċi, żomm f’moħħok li l-​mira tiegħek hi li tagħti xhieda

  • Kun diliġenti. Ibqaʼ fittex lil dawk li ma ssibhomx id-​dar. Agħmel sforz biex tkellem lil xi ħadd f’kull residenza, forsi billi tmur f’ħin jew f’ġurnata differenti. Jistaʼ jkun hemm bżonn li xi inkwilini jiġu kkuntattjati permezz taʼ ittra, telefonata, jew għoti taʼ xhieda fit-​toroq

  • Agħmel żjajjar lura. Iddumx ma tmur għand xi ħadd li jkun wera interess. Jekk ikun jitkellem b’lingwa oħra, ipprova sib lil xi ħadd ikkwalifikat li jkun jistaʼ jgħinu bil-​lingwa tiegħu. Għandek tkompli tmur għand l-​individwu li jkun wera interess sakemm jiġi kkuntattjat minn pubblikaturi li jitkellmu l-​lingwa tiegħu.—od 94 ¶39-40

ARA L-VIDJOW NIPPRITKAW “SA L-IKTAR PARTI MBIEGĦDA TAʼ L-ART,” U WARA KKUNSIDRA L-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • L-​aħwa liema tħejjijiet għamlu biex jikkuntattjaw lin-​nies f’postijiet imbiegħda? (1Ko 9:22, 23)

  • Liema ostakli kellhom jegħlbu?

  • Liema barkiet gawdew?

  • Liema sforzi tistaʼ tagħmel int biex tikkuntattja iktar nies fit-​territorju tiegħek?