Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ISAIJA 1-5

“Ejjew, ħa nitilgħu lejn il-muntanja taʼ Ġeħova”

“Ejjew, ħa nitilgħu lejn il-muntanja taʼ Ġeħova”

2:2, 3

“Fl-aħħar parti tal-jiem”

Iż-żmien li qed ngħixu fih issa

“Il-muntanja tad-dar taʼ Ġeħova”

Il-livell għoli tal-qima pura taʼ Ġeħova

“Lejha jiġru l-ġnus kollha”

Dawk li jħaddnu l-qima pura jinġabru flimkien

“Ejjew, ħa nitilgħu lejn il-muntanja taʼ Ġeħova”

Il-qaddejja veri jistiednu lil oħrajn biex jingħaqdu magħhom

“Hu jgħallimna dwar triqatu, u aħna nimxu fil-mogħdijiet tiegħu”

Permezz tal-Kelma tiegħu, Ġeħova jgħallimna u jgħinna nimxu fil-mogħdijiet tiegħu

2:4

“Ma jitħarrġux iktar għall-gwerra”

Isaija ddeskriva armi tal-gwerra li jinbidlu f’għodod tal-bdiewa. Dan juri li n-nies taʼ Ġeħova kienu se jfittxu l-paċi. X’kienu dawn l-għodod fi żmien Isaija?

“Jaħdmu sjufhom f’sikek tal-moħriet”

1 Is-sikka tal-moħriet kienet il-parti tal-moħriet li tagħmel radda fil-wiċċ tal-ħamrija. Xi sikek kienu magħmulin mill-metall.—1Sa 13:20.

‘Lanez fi skieken taż-żabra’

2 Sikkina taż-żbir probabbilment kienet forma taʼ minġel b’xafra tal-metall imwaħħla maʼ manku. Din l-għodda kienet tintuża biex jiżbru d-dwieli.—Is 18:5.