Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

L-edukazzjoni divina tegħleb il-preġudizzju

L-edukazzjoni divina tegħleb il-preġudizzju

Ġeħova mhux parzjali. (At 10:34, 35) Hu jaċċetta nies “minn kull ġens u tribù u poplu u lsien.” (Ri 7:9) B’hekk, fil-kongregazzjoni Kristjana m’għandu jkun hemm ebda preġudizzju jew favoritiżmu. (Ġk 2:1-4) Grazzi għall-edukazzjoni divina, aħna ngawdu ġenna spiritwali li fiha naraw bidliet fil-personalitajiet tan-nies. (Is 11:6-9) Hekk kif nistinkaw biex inneħħu għalkollox kwalunkwe traċċa taʼ preġudizzju, aħna nkunu qed nuru li qed nimitaw lil Alla. —Ef 5:1, 2.

ARA L-VIDJOW JOHNY U GIDEON: MINN GĦEDEWWA SARU AĦWA. IMBAGĦAD WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • L-edukazzjoni divina għala hi ħafna aħjar mill-isforzi li jagħmel il-bniedem biex iwaqqaf id-diskriminazzjoni u l-preġudizzju?

  • X’jimpressjonak dwar il-fratellanza internazzjonali tagħna?

  • Ġeħova kif jiġi glorifikat meta nżommu l-unità Kristjana?