Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

“Hawn jien! Ibgħat lili”

“Hawn jien! Ibgħat lili”

L-attitudni taʼ Isaija hi taʼ min jimitaha. Għalkemm ma kienx jaf id-dettalji kollha, hu wera fidi u aġixxa mill-ewwel għal dak li kien hemm bżonn. (Is 6:8) Tistaʼ int tirranġa ċ-ċirkustanzi tiegħek sabiex taqdi fejn hemm bżonn akbar taʼ pubblikaturi tas-Saltna? (Sa 110:3) Ovvjament, hemm bżonn li ‘tikkalkula l-ispejjeż’ qabel tieħu pass bħal dan. (Lq 14:27, 28) Però, kun lest li tagħmel sagrifiċċji għax-xogħol tal-ippritkar. (Mt 8:20; Mk 10:28-30) Bħalma ġie enfasizzat fil-vidjow Immorru naqdu fejn il-bżonn hu akbar, il-barkiet li nirċievu fis-servizz taʼ Ġeħova huma ħafna akbar minn kwalunkwe sagrifiċċju li nistgħu nagħmlu.

WARA LI TARA L-VIDJOW, WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Liema sagrifiċċji personali għamlu l-membri tal-familja Williams sabiex jaqdu fl-Ekwador?

  • Liema aspetti kkunsidraw meta għażlu fejn se jaqdu?

  • Liema barkiet irċivew?

  • Fejn tistaʼ ssib iktar informazzjoni dwar li taqdi fejn il-bżonn hu akbar?

MATUL IL-QIMA BĦALA FAMILJA LI JMISS, IDDISKUTI L-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Kif nistgħu nkabbru l-ministeru tagħna bħala familja? (km 8/11 4-6)

  • Jekk ma nistgħux naqdu fejn il-bżonn hu akbar, b’liema modi nistgħu ngħinu l-kongregazzjoni tagħna? (w16.03 3-5)