Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ftakru f’mart Lot

Ftakru f’mart Lot

Mart Lot għala ħarset lura meta kienet qed taħrab minn Sodoma? Il-​Bibbja ma tgħidx. (Ġen 19:17, 26) Il-​kuntest taʼ meta Ġesù ta din it-​twissija jindika li hi setgħet ixxennqet għall-​affarijiet li ħalliet warajha. (Lq 17:31, 32) Kif nistgħu nevitaw li nitilfu l-​approvazzjoni t’Alla bħalma ġralha l-​mara taʼ Lot? M’għandhiex issir il-​prijorità tagħna li niksbu kumditajiet materjali. (Mt 6:33) Ġesù għallem li ‘ma nistgħux inkunu lsiera t’Alla u tal-​flus.’ (Mt 6:24) Imma xi ngħidu jekk nindunaw li xi affarijiet materjali qed jisirqulna l-​ħin mill-​affarijiet spiritwali? Nistgħu nitolbu lil Ġeħova biex jgħinna naraw fejn għandna bżonn nagħmlu bidliet u biex jagħtina l-​kuraġġ u s-​saħħa ħalli nagħmlu dan.

FTAKAR FIL-VIDJOW LI KIEN MAQSUM FI TLIET PARTIJIET FTAKRU F’MART LOT, U WIEĠEB IL-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Kif nistaʼ nuri bl-azzjonijiet tiegħi li ‘niftakar f’mart Lot’?

    Il-​pressjoni biex Gloria tagħmel iktar flus, x’effett ħalliet fuq il-​ħsibijiet, il-​kliem, u l-​azzjonijiet tagħha?

  • L-​eżempju taʼ mart Lot kif inhu taʼ twissija għalina llum?

  • Joe u familtu kif ġew megħjunin meta applikaw il-​prinċipji tal-​Bibbja?

  • In-​nies li Emma kienet tagħmilha magħhom fuq ix-​xogħol, kif effettwaw l-​ispiritwalità tagħha?

  • Għala għandna bżonn il-​kuraġġ jekk ikollna pressjoni biex inpoġġu l-​flus l-​ewwel post f’ħajjitna?

  • Brian u Gloria kif reġgħu bdew jagħtu prijorità lill-​affarijiet spiritwali?

  • Liema prinċipji Bibliċi rajt f’dan il-​vidjow?