Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Insiru familjari mal-JW.ORG

Intejbu l-abbiltajiet tagħna fil-ministeru—Insiru familjari mal-JW.ORG

GĦALA HU IMPORTANTI: Kull pubblikazzjoni fil-​Kaxxa tal-​Għodda tat-​Tagħlim tieħdok fuq jw.org. Infatti, l-​iskop primarju tal-​kard tal-​jw.org u tal-​fuljett Fejn nistgħu nsibu t-​tweġibiet għall-​mistoqsijiet importanti tal-​ħajja? hu biex jidderieġu lin-​nies lejn il-​websajt tagħna. Int tistaʼ tuża l-​jw.org biex tħalli pubblikazzjoni mill-​Kaxxa tal-​Għodda tat-​Tagħlim billi tibgħat kopja elettronika permezz taʼ e-​mail jew billi tixxerja link. Dan jistaʼ jkun speċjalment t’għajnuna meta tkun qed tagħti xhieda lil xi ħadd li jitkellem lingwa barranija. Barra minn hekk, in-​nies jistgħu jistaqsu mistoqsijiet li jiġu mwieġba permezz taʼ pubblikazzjonijiet li ma jinsabux fil-​Kaxxa tal-​Għodda tat-​Tagħlim. Jekk inkunu familjari mal-​websajt, aħna nistgħu nsiru iktar effettivi fil-​ministeru tagħna.

KIF TAGĦMEL DAN:

ARA L-VIDJOW INSIRU FAMILJARI MAL-JW.ORG, U MBAGĦAD IKKUNSIDRA FEJN KIEKU TFITTEX FUQ IL-WEBSAJT BIEX TGĦIN:

  • ateu

  • lil xi ħadd li għadu kif għadda minn traġedja

  • lil ħu jew oħt inattiva

  • lil xi ħadd fuq żjara lura li jixtieq ikun jaf kif jiġi ffinanzjat ix-​xogħol tagħna

  • lil persuna minn pajjiż ieħor li trid tattendi laqgħa f’pajjiżha