Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Jien meta nistaʼ naqdi bħala pijunier awżiljarju?

Jien meta nistaʼ naqdi bħala pijunier awżiljarju?

Il-​viżjoni tat-​tempju li kellu Eżekjel turi li n-​nies taʼ Ġeħova kienu se jagħmlu offerti b’mod volontarju. Personalment, kif nistgħu nieħdu sehem f’li nagħmlu sagrifiċċji taʼ tifħir?—Eb 13:15, 16.

Mod eċċellenti hu billi naqdu bħala pijunier awżiljarju. Is-​sena taʼ servizz 2018 fiha diversi xhur li għandhom ħames Sibtijiet jew ħamest Iħdud. Dan hu speċjalment t’għajnuna għal dawk li jaħdmu full-​time u li jieħdu sehem fil-​ministeru l-​iktar fi tmiem il-​ġimgħa. Barra minn hekk, il-​pubblikaturi jistgħu jagħżlu li jagħmlu 30 jew 50 siegħa fix-​xhur taʼ Marzu u April u matul ix-​xahar taż-​żjara tal-​indokratur li jżur il-​kongregazzjonijiet.

Xi ngħidu jekk iċ-​ċirkustanzi tagħna ma jippermettulniex li naqdu bħala pijunieri awżiljarji? Żgur li nistgħu nistinkaw biex intejbu l-​kwalità tal-​ministeru tagħna u forsi nagħmlu ftit sigħat iktar ukoll. Huma x’inhuma ċ-​ċirkustanzi tagħna, jalla l-​imħabba li għandna għal Ġeħova tqanqalna nagħtuh l-​aħjar tagħna matul is-​sena taʼ servizz 2018!—Ħo 14:2.

Kif nistaʼ nimita l-eżempju taʼ Sabina Hernández?

ARA L-​VIDJOW BL-​GĦAJNUNA TAʼ ĠEĦOVA, NISTAʼ NAGĦMEL KWAŻI KOLLOX, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • X’qanqal lil Sabina biex tagħmel iktar fis-​servizz taʼ Ġeħova?

  • L-​eżempju taʼ Sabina kif jinkuraġġik?

  • Matul is-​sena taʼ servizz 2018, liema xahar jew xhur tistaʼ taqdi bħala pijunier awżiljarju?