Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Kampanja speċjali biex inqassmu It-Torri tal-Għassa f’Settembru

Kampanja speċjali biex inqassmu It-Torri tal-Għassa f’Settembru

Nies madwar id-dinja kollha għandhom bżonn il-faraġ. (Ek 4:1) Matul ix-xahar kollu taʼ Settembru, aħna se nagħmlu sforz speċjali biex noffru It-Torri tal-Għassa, li se jkun fuq is-suġġett tal-faraġ. Ejja nipprovaw noffru din ir-rivista lil kemm jistaʼ jkun nies. Però, peress li nixtiequ li nitkellmu direttament man-nies biex infarrġuhom, aħna mhux se nħallu r-rivista fejn ma nsibu lil ħadd id-dar.

X’TISTAʼ TGĦID

“Minn żmien għal żmien, kulħadd ikollu bżonn il-faraġ. Imma fejn nistgħu nsibuh? [Aqra t-2 Korintin 1:3, 4.] Din il-ħarġa tat-Torri tal-Għassa tikkunsidra kif Alla jipprovdilna l-faraġ.”

Jekk il-persuna turi interess u taċċetta r-rivista, . . .

URI L-VIDJOW GĦALA GĦANDEK TISTUDJA L-BIBBJA?

Imbagħad offri studju tal-Bibbja.

WITTI T-TRIQ GĦAL ŻJARA LURA

Staqsi mistoqsija li int se twieġeb meta terġaʼ tmur, bħal “Alla għala jippermetti t-tbatija?