Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Għallem il-verità

Għallem il-verità

Minn Settembru, il-Fuljett għall-Istudju tal-Laqgħa tal-Ħajja u l-Ministeru Tagħna se jinkludi preżentazzjoni ġdida bit-titlu “Għallem il-verità.” Il-mira tagħna se tkun li nenfasizzaw verità bażika mill-Bibbja billi nużaw mistoqsija u skrittura.

Jekk ninnotaw li hemm interess, aħna nistgħu nqanqlu l-entużjażmu għaż-żjara li jmiss billi nħallu xi pubblikazzjoni jew nuru vidjow minn fuq jw.org/mt. Għandna nipprovaw nerġgħu mmorru wara ftit ġranet biex nibnu fuq id-diskussjoni taʼ qabel. Il-preżentazzjonijiet ġodda u t-taħditiet li se jkollhom l-istudenti se jkunu bbażati fuq ir-reviżjonijiet tal-kapitli tal-ktieb X’Nistgħu Nitgħallmu mill-Bibbja? Hemmhekk nistgħu nsibu mistoqsijiet oħra u skritturi li jgħinuna nagħmlu żjajjar lura jew nikkonduċu studju billi nużaw il-Bibbja.

Hemm biss triq waħda li twassal għall-ħajja. (Mt 7:13, 14) Peress li nitkellmu maʼ nies li għandhom reliġjon u ċirkustanzi differenti, aħna għandna nippreżentaw il-veritajiet tal-Bibbja b’mod li nilħqulhom qalbhom. (1Ti 2:4) Hekk kif insiru aktar familjari maʼ suġġetti differenti tal-Bibbja u ntejbu l-abbiltà tagħna f’li ‘nimmaniġġaw sew il-kelma tal-verità,’ il-ferħ tagħna se jiżdied, u se jkollna suċċess f’li ngħallmu l-verità lil oħrajn.—2Ti 2:15.