David uża tixbihat biex juri l-ħniena taʼ Ġeħova.

  • 103:11

    Bħalma aħna ma nistgħux nifhmu bis-sħiħ id-distanza li hemm bejn is-smewwiet mimlijin kwiekeb u l-art, aħna ma nistgħux nifhmu kemm hi kbira l-imħabba leali taʼ Ġeħova

  • 103:12

    Ġeħova jitfaʼ d-dnubiet tagħna ’l bogħod minna l-iktar li nistgħu nimmaġinaw, daqskemm tlugħ ix-xemx huwa ’l bogħod minn inżulha

  • 103:13

    Bħalma missier juri mogħdrija lejn ibnu li forsi weġġaʼ, Ġeħova juri ħniena maʼ wħud li jindmu u li huma mifnijin minħabba d-dnubiet tagħhom