Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Int kif se tipprepara għat-Tifkira?

Int kif se tipprepara għat-Tifkira?

Minn din is-​sena, se jkollna iktar ħin biex nippreparaw għat-​Tifkira tal-​mewt taʼ Kristu. Meta t-​Tifkira tiġi matul il-​ġimgħa, mhux se jkollna l-​Laqgħa tal-​Ħajja u l-​Ministeru Tagħna dik il-​ġimgħa. Meta t-​Tifkira tiġi fil-​weekend, ma jkollniex it-​taħdita pubblika u l-​Istudju tat-​Torri tal-​Għassa. Issa li se jkollok iktar ħin fl-​iskeda tiegħek, se tuża l-​ħin bl-​aħjar mod? Bħal fl-​ewwel seklu, hemm bżonn li jsiru arranġamenti prattiċi għal din l-​okkażjoni speċjali. (Lq 22:7-​13; km 3/15 1) Imma lkoll kemm aħna għandna nippreparaw lil qalbna. Kif nistgħu nagħmlu dan?

  • Irrifletti fuq kemm hu importanti li tattendi.—1Ko 11:23-26

  • Itlob u aħseb dwar ir-​relazzjoni personali tiegħek maʼ Ġeħova.—1Ko 11:27-29; 2Ko 13:5

  • Aqra artikli li jispjegaw is-​sinifikat tat-​Tifkira u mmedita fuqhom.—Ġw 3:16; 15:13

Xi pubblikaturi jaqraw u jimmeditaw fuq il-​qari tal-​Bibbja għat-​Tifkira li jkun hemm fil-​ktejjeb Neżaminaw l-​Iskrittura Kuljum. Oħrajn jaqraw il-​versi tal-​Bibbja li jidhru fiċ-​ċart maʼ dan l-​artiklu. Jerġaʼ oħrajn jirrivedu artikli li jitkellmu dwar it-​Tifkira u l-​imħabba li Ġeħova u Ġesù wrewna. Ikun xi jkun l-​istudju li tagħżel, jalla jressqek saħansitra iktar qrib taʼ Ġeħova u t’Ibnu.