Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-​KELMA T’ALLA | 1 KORINTIN 10-13

Ġeħova hu leali

Ġeħova hu leali

10:13

Ġeħova għandu mnejn jagħżel li jneħħi prova. Madankollu, spiss hu ‘jiftħilna t-​triq’ billi jipprovdilna dak li għandna bżonn biex jirnexxilna nissaportu l-​prova.

  • Hu jistaʼ jgħinna naħsbu b’mod ċar u jistaʼ jinkuraġġina u jfarraġna permezz tal-​Kelma tiegħu, l-​ispirtu qaddis tiegħu, u l-​ikel spiritwali li jipprovdilna.—Mt 24:45; Ġw 14:16; Rum 15:4

  • Hu jistaʼ jiggwidana permezz tal-​ispirtu qaddis tiegħu, li jistaʼ jgħinna niftakru rakkonti u prinċipji tal-​Bibbja u mbagħad naraw liema passi għaqlin għandna nieħdu.—Ġw 14:26

  • Hu jistaʼ juża l-​anġli biex jgħinna.—Eb 1:14

  • Hu jistaʼ jgħinna permezz t’adoraturi sħabna.—Kol 4:11