Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

L-ippritkar u t-tagħlim—Essenzjali biex nagħmlu dixxipli

L-ippritkar u t-tagħlim—Essenzjali biex nagħmlu dixxipli

Ġesù ta l-​kmand lis-​segwaċi tiegħu biex imorru u jagħmlu dixxipli. (Mt 28:19) Dan jinvolvi l-​ippritkar u t-​tagħlim. Minn żmien għal żmien, ilkoll għandna nsaqsu lilna nfusna, ‘Kif nistaʼ ntejjeb dawn l-​aspetti importanti taʼ kif nagħmlu dixxipli?’

L-​IPPRITKAR

Minflok ma nistennew li n-​nies jiġu għandna, aħna għandna nfittxu b’mod żeluż lil dawk li ‘jistħoqqilhom.’ (Mt 10:11) Meta nieħdu sehem fil-​ministeru, noqogħdu aħna attenti li naħtfu l-​opportunitajiet biex nitkellmu maʼ dawk li “jinzertaw hemmhekk”? (At 17:17) Lidja saret dixxiplu minħabba li l-​appostlu Pawlu prietka b’mod diliġenti.—At 16:13-15.

“Iżraʼ ż-żerriegħa tiegħek fil-għodu u tħallix idek tistrieħ sa fil-għaxija” (Ek 11:6)

ARA L-​VIDJOW IBQAʼ PPRIETKA “BLA HEDA”—B’MOD INFORMALI U MINN DAR GĦAL DAR, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Fil-​ħajja taʼ kuljum, Samuel kif wera li kien jaħtaf kull opportunità biex jiżraʼ ż-​żerriegħa tal-​verità?

  • Għala m’għandniex naqtgħu qalbna milli nippritkaw b’kull mod?

  • Maʼ min għandek mnejn titkellem dwar il-​messaġġ tas-​Saltna fil-​ħajja taʼ kuljum?

IT-​TAGĦLIM

Sabiex nagħmlu dixxipli, mhuwiex biżżejjed li nħallu l-​letteratura man-​nies. Biex ngħinuhom jagħmlu progress spiritwali, irridu nagħmlu żjajjar lura u nikkonduċu studji tal-​Bibbja. (1Ko 3:6-​9) Imma xi ngħidu jekk nagħmlu l-​almu tagħna biex ngħallmu l-​verità tas-​Saltna lil xi ħadd u xorta ma jkunx hemm riżultati tajbin? (Mt 13:19-​22) Aħna għandna nibqgħu nfittxu lil dawk li qalbhom hi bħal “ħamrija tajba.”—Mt 13:23; At 13:48.

“Jien ħawwilt, Apollo saqqa, imma Alla baqaʼ jkabbar” (1Ko 3:6)

ARA L-​VIDJOW IBQAʼ PPRIETKA “BLA HEDA”—F’POSTIJIET PUBBLIĊI U AGĦMEL DIXXIPLI, U MBAGĦAD WIEĠEB IL-​MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Solomon u Mary, kif saqqew iż-​żerriegħa tal-​verità fil-​qlub taʼ Ezekiel u Abigail?

  • X’għandha tkun il-​mira tagħna f’kull aspett tal-​ministeru, anki meta nagħtu xhieda f’postijiet pubbliċi?

  • Li ngħallmu l-​verità lil oħrajn, kif nistgħu nagħtuh iktar importanza?