Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Ilqgħuhom mill-qalb

Ilqgħuhom mill-qalb

Nilqgħu mill-qalb lil min? Lil kull min jattendi l-laqgħat Kristjani tagħna—minn uħud ġodda sa ħbieb antiki. (Rum 15:7; Eb 13:2) Forsi jkun wieħed minn sħabna fit-twemmin li jkun qed iżurna minn pajjiż ieħor jew Kristjan inattiv li qed jattendi l-ewwel darba wara ħafna snin. Immaġina kif kieku tħossok f’din is-sitwazzjoni. Ma tapprezzax kieku li tiġi milqugħ mill-qalb? (Mt 7:12) Allura għala ma tagħmilx iktar sforz biex iddur ftit fis-Sala tas-Saltna u tilqaʼ lil oħrajn qabel u wara l-laqgħa? Dan se jgħin biex ikun hemm atmosfera sabiħa u taʼ mħabba, u dan se jġib unur lil Ġeħova. (Mt 5:16) Naturalment, x’aktarx ma jkunx possibbli li titkellem maʼ kull persuna preżenti. Minkejja dan, kulħadd se jħossu milqugħ jekk ilkoll nagħmlu l-parti tagħna. *

L-ospitalità vera ma tintweriex biss f’okkażjonijiet speċjali bħat-Tifkira imma l-ħin kollu. Meta wħud ġodda jaraw u jesperjenzaw l-imħabba Kristjana fl-azzjoni, għandhom mnejn jitqanqlu biex ifaħħru lil Alla u jingħaqdu magħna fil-qima pura.—Ġw 13:35.

^ par. 3 Il-prinċipji tal-Bibbja juru li m’għandniex nilqgħu lil xi ħadd li jattendi li hu maqtugħ mis-sħubija jew li ddiżassoċja ruħu.—1Ko 5:11; 2Ġw 10.