Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Int tistaʼ tinkuraġġixxi Kristjan inattiv

Int tistaʼ tinkuraġġixxi Kristjan inattiv

Kull sena, ħafna Kristjani inattivi jattendu t-Tifkira. Huma bdew jiġru fit-tiġrija għall-ħajja imma naqqsu l-pass minħabba diversi raġunijiet. Xi ftit minnhom jissemmew fil-browxer Erġaʼ lura għand Ġeħova. (Eb 12:1) Però, l-uħud inattivi jibqgħu prezzjużi għal Ġeħova, li xtrahom bid-demm taʼ Ibnu. (At 20:28; 1Pt 1:18, 19) Kif nistgħu ngħinuhom jerġgħu lura lejn il-kongregazzjoni?

L-anzjani Kristjani jipprovaw isibu u jgħinu lil Kristjani inattivi bħalma ragħaj ifittex b’attenzjoni kbira lil nagħġa li tkun tbiegħdet mill-merħla. (Lq 15:4-7) Dan jirrifletti l-interess kollu mħabba taʼ Ġeħova. (Ġer 23:3, 4) Ilkoll kemm aħna, mhux biss l-anzjani, nistgħu ninkuraġġixxu wħud bħal dawn. Ġeħova jieħu pjaċir meta nipprovaw nuru qalb tajba u empatija, u dan jistaʼ jġib ħafna barkiet. (Pr 19:17; At 20:35) Għaldaqstant, aħseb dwar min tistaʼ tinkuraġġixxi, u agħmel dan mingħajr dewmien!

ARA L-VIDJOW INKURAĠĠIXXI LIL UĦUD INATTIVI, U MBAGĦAD IKKUNSIDRA L-MISTOQSIJIET LI ĠEJJIN:

  • Liema inizjattiva ħadet Abbey meta ltaqgħet maʼ Xhud li ma kinitx taf?

  • Għala għandna nitkellmu mal-anzjani jekk qed naħsbu biex ngħinu lil xi ħadd li hu inattiv?

  • Abbey kif ippreparat biex iżżur lil Laura t-tieni darba?

  • Abbey kif uriet li ma kinitx se taqtaʼ qalba, kif ukoll paċenzja u mħabba meta pprovat tinkuraġġixxi lil Laura?

  • X’nistgħu nitgħallmu mit-tixbiha taʼ Ġesù li nsibu f’Luqa 15:8-10?

  • L-isforzi kollha li saru biex jgħinu lil Laura, ġabu liema barkiet?