Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

Eżempji ta’ preżentazzjonijiet

Eżempji ta’ preżentazzjonijiet

STENBAĦ!

Mistoqsija: Illum, il-films u l-programmi tat-televixin spiss juru karattri sopranaturali—sħaħar, vampiri, u dawk li jagħmlu l-maġija. Int x’taħseb? Huwa dan sempliċement divertiment li ma jagħmilx ħsara, jew hemm xi perikli moħbija?

Offerta: Din il-ħarġa taʼ Stenbaħ! tiddiskuti għala n-nies huma affaxxinati minn affarijiet sopranaturali kif ukoll x’hemm verament wara dan.

GĦALLEM IL-VERITÀ

Mistoqsija: Is-Saltna t’Alla kif se tneħħi l-problemi tad-dinja?

Skrittura: Mt 6:10

Verità: Is-Saltna t’Alla se ġġib il-paċi, l-armonija, u s-sigurtà fuq l-art—bħalma diġà seħħ fis-sema.

X’INHI S-SALTNA T’ALLA? (Żjara lura)

Mistoqsija: [Enfasizza l-aħħar mistoqsija li hemm fuq wara tal-fuljett.] Kif se tkun il-ħajja taħt il-ħakma tas-Saltna t’Alla?

Skritturi: Sa 37:29; Is 65:21-23

Offerta: [Uri l-browxer Aħbar Tajba.] F’lezzjoni 7 taʼ dan il-browxer insibu x’jistgħu jfissru dawn il-wegħdi għalina. [Ibda studju tal-Bibbja bil-browxer.]

AGĦMEL IL-PREŻENTAZZJONI TIEGĦEK STESS

Uża l-istil tal-eżempji taʼ qabel biex tagħmel il-preżentazzjoni tiegħek tas-servizz tal-għalqa.