Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦIX BĦALA KRISTJAN

Mod ġdid kif tibda konversazzjoni

Mod ġdid kif tibda konversazzjoni

Minn Jannar 2016, l-aħħar paġna tal-edizzjoni għall-pubbliku tat-Torri tal-Għassa kellha artiklu bit-titlu “Il-Bibbja x’tgħid?” Dan l-artiklu hu magħmul biex jgħinna nibdew konversazzjonijiet fuq suġġetti Bibliċi. Il-format hu simili għall-fuljetti tagħna. Wara mistoqsija li titlob l-opinjoni tal-inkwilin hemm tweġiba Skritturali, u punti oħra għal diskussjoni.

Diskussjonijiet sbieħ fuq suġġetti Skritturali spiss iwasslu għal studji tal-Bibbja. Uża din il-paġna biex tgħin lil ħafna aktar jissodisfaw il-ġuħ spiritwali tagħhom.—Mt 5:6.

KIF TUŻA DIN IL-PAĠNA:

  1. Saqsi għall-opinjoni tal-inkwilin fuq waħda mill-mistoqsijiet

  2. Ismaʼ t-tweġiba u uri li qed tifhem x’inhu jgħid

  3. Aqra l-iskrittura li hemm taħt it-titlu “Dak li tgħid il-Bibbja,” u saqsih x’jaħseb dwar il-vers. Jekk għandu ħin, kompli l-konversazzjoni billi tuża punt minn “X’nistgħu nitgħallmu iżjed mill-Bibbja?”

  4. Offri r-rivista

  5. Ftiehem biex terġaʼ tmur u tiddiskutu t-tieni mistoqsija