Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 IRSISTI FIL-MINISTERU

Kampanja bl-invit tal-konvenzjoni

Kampanja bl-invit tal-konvenzjoni

Kull sena, inkunu ħerqanin bil-quddiem għall-festa spiritwali li ngawdu fil-konvenzjonijiet reġjonali tagħna. Sabiex oħrajn ukoll ikunu jistgħu jduqu kemm hu tajjeb Ġeħova, aħna se nistiednu lil kemm jistaʼ jkun nies biex jattendu magħna. (Sa 34:8) Kull ġemgħa tal-anzjani se tiddeċiedi kif l-inviti għandhom jitqassmu bl-aħjar mod possibbli.

DETTALJI LI GĦANDEK IŻŻOMM F’MOĦĦOK

  • Meta se ssir il-konvenzjoni?

  • Meta se tibda l-kampanja għall-konvenzjoni?

  • Meta se jsiru l-laqgħat għas-servizz tal-għalqa?

  • X’inhuma l-miri tiegħi għall-kampanja?

  • Lil min biħsiebni nistieden?

X’SE TGĦID?

Wara li ssellem lill-individwu, forsi tistaʼ tgħidlu:

“Qed nieħdu sehem f’kampanja li qed issir mad-dinja kollha biex inħallu dan l-invit għal ġrajja importanti ħafna. Id-data, il-ħin, u l-indirizz huma pprintjati fuq l-invit. Nieħdu pjaċir jekk tkun magħna.”

KIF TISTAʼ TIKKULTIVA L-INTERESS?

Għalkemm irridu nistiednu lil kemm jistaʼ jkun nies għall-konvenzjoni, irridu noqogħdu attenti biex nikkultivaw kwalunkwe interess li jintwera.

Fi tmiem il-ġimgħa, tistaʼ toffri r-rivista flimkien mal-invit.