Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | ĠOB 33-37

Ħabib taʼ veru jagħti pariri inkuraġġanti

Ħabib taʼ veru jagħti pariri inkuraġġanti
DEHRA

Meta Eliħu daħal fil-konversazzjoni, il-pariri tiegħu kienu totalment differenti minn taʼ Elifaż, Bildad, u Żofar, kemm f’dak li qal u kemm fil-mod kif ittratta lil Ġob. Eliħu ta prova li hu ħabib taʼ veru u wieħed li jagħti l-pariri b’mod effettiv. Żgur hu xi ħadd taʼ min jimitah.

KWALITAJIET TAʼ WIEĦED LI JAGĦTI L-PARIR B’MOD EFFETTIV

ELIĦU ĦALLA EŻEMPJU TAJJEB

32:4-7, 11, 12; 33:1

 

  • JURI PAĊENZJA

  • JAGĦTI ATTENZJONI

  • JURI RISPETT

 
  • B’mod paċenzjuż Eliħu stenna lill-irġiel akbar fl-età jgħidu li kellhom jgħidu qabel ma tkellem hu

  • Billi semaʼ b’attenzjoni, kellu fehma aħjar tal-ġrajjiet qabel ma ta l-pariri

  • Lil Ġob indirizzah b’ismu u kellmu bħala ħabib

 

33:6, 7, 32

 

  • IKUN UMLI

  • IKUN AVVIĊINABBLI

  • JURI MOGĦDRIJA

 
  • Eliħu kien umli u qalbu tajba, u ammetta l-imperfezzjoni tiegħu stess

  • Wera mogħdrija lejn Ġob li kien qed ibati

 

33:24, 25; 35:2, 5

 

  • IKUN BILANĊJAT

  • IKUN QALBU TAJBA

  • ISEGWI D-DIREZZJONI T’ALLA

 
  • Eliħu b’qalb tajba wera lil Ġob li l-ħarsa tiegħu ma kinitx tajba

  • Eliħu għen lil Ġob jara li s-sewwa tiegħu ma kienx l-iktar ħaġa importanti

  • Il-pariri għaqlin t’Eliħu ppreparaw lil Ġob biex jirċievi iktar istruzzjonijiet mingħand Ġeħova nnifsu