Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 96

Il-ktieb t’Alla stess—Teżor

Agħżel rekording bl-awdjo
Il-ktieb t’Alla stess—Teżor
DEHRA

(Proverbji 2:1)

  1. 1. Għandna ktieb li bil-​ħafna paġni tiegħu,

    Iġib sliem, ferħ, u tama lill-​bnedmin.

    Fih ħsibijiet tal-​għaġeb kollhom qawwa,

    U jġib ħajja ’l-​“mejtin,” dawl lill-​“għamjin.”

    Dal-​ktieb prezzjuż hu l-​Bibbja Mqaddsa t’Alla.

    Kliemu inkiteb minn nies imnebbħin.

    Minn irġiel b’tant imħabba għal Ġeħova,

    Li ġew bl-​ispirtu tiegħu imqanqlin.

  2. 2. Kitbu rakkont onest tal-​ħolqien t’Alla,

    Dwar kif b’setgħetu nħalaq l-​univers.

    Qalu wkoll dwar kif kien bla dnub il-​bniedem

    U dwar kif imbagħ’d kollox mar avvers.

    Irrakkontaw ukoll dwar ċertu anġlu

    Li sfida ’l Alla bħala is-​Sovran.

    U daħal b’hekk id-​dnub b’niket għall-​bniedem,

    Biss daqt Ġeħova jirbaħ għax Setgħan.

  3.  3. Nifirħu għax Ġeħova qed isaltan

    Permezz taʼ Ibnu li minnu maħtur.

    Inxandru b’hekk l-​aħbar tajba tas-​Saltna;

    Kif din se ġġib barkiet sbieħ fil-​futur.

    Ġo dan il-​ktieb insibu bxajjar tajba;

    Fih festa sagra, mimli ikel bnin.

    Paċi mill-​aqwa joffri ’l-​bnedmin kollha;

    Dat-​Teżor Ħaj ejjew ngħożżuh f’kull ħin.

(Ara wkoll it-​2 Tim. 3:16; 2 Pt. 1:21.)