Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 95

Id-dawl qed jitqawwa

Agħżel rekording bl-awdjo
Id-dawl qed jitqawwa
DEHRA

(Proverbji 4:18)

  1. 1. Dwar Kristu, it-​tama li hemm għall-​ħolqien,

    Kemm xtaqu jitgħallmu l-​profeti!

    L-​ispirtu taʼ Alla rrivela x’kien ġej:

    Il-​Kristu sabiex ħelsien jagħti.

    Iż-​żmien li l-​Messija isaltan hu hawn;

    Ferm ċara l-​preżenza naraw.

    Kbir hu l-​privileġġ li nitgħallmu dwar dan;

    L-​anġli wkoll dan jixtiequ jaraw!

    (RITORNELL)

    Id-​dawl fi triqitna llum tqawwa;

    Qegħdin nimxu lkoll f’dawl il-​jum.

    Ejjew araw Alla x’qed juri;

    F’kull pass jiggwidana illum.

  2. 2. Nafdaw lill-​ilsir għax maħtur mill-​Mulej;

    Jitmagħna fil-​waqt b’ikel tant bnin.

    Dawl il-​verità qed jitqawwa maż-​żmien,

    U jqanqal il-​qalb u l-​moħħ f’kull ħin.

    Triqitna tiddawwal u l-​passi fis-​sod;

    Qed nimxu f’dawl qawwi tal-​jum.

    Dan grazzi ’l Ġeħova, s-​Sors tal-​verità,

    Grati ferm nimxu f’triqtu illum.

    (RITORNELL)

    Id-​dawl fi triqitna llum tqawwa;

    Qegħdin nimxu lkoll f’dawl il-​jum.

    Ejjew araw Alla x’qed juri;

    F’kull pass jiggwidana illum.