Mur fil-kontenut

Mur fil-werrej

Ix-Xhieda ta' Ġeħova

Agħżel il-lingwa Malti

 GĦANJA 91

Xogħol magħmul bl-imħabba

Agħżel rekording bl-awdjo
Xogħol magħmul bl-imħabba
DEHRA

(Salm 127:1)

  1. 1. Ġeħova, dan hu il-​jum;

    Nitolbu minn qalbna illum.

    Lilna kemm tajt unur u favur,

    Dan rajnieh kuljum!

    Il-​barka tiegħek int tajt;

    Xogħ’lna taʼ mħabba inti rajt.

    Ix-​xogħ’l b’idejna sar taʼ did-​dar

    Li int approvajt.

    (RITORNELL)

    Kien privileġġ tant kbir, Ġeħova,

    Li nibnu dan il-​post għalik.

    Jalla kuljum bis-​sħiħ inkomplu naqduk b’unur,

    U kulħadd żgur tifħir jagħtik.

  2. 2. Uċuħ jitbissmu naraw,

    U ħbieb tal-​qalb żgur sibna hawn!

    Ngħożżu dat-​tifkiriet b’tant barkiet;

    Dejjem naħsbu f’dawn!

    Mulej, l-​ispirtu rajnieh;

    Magħqudin f’ħidma b’mod ferrieħ.

    Lil ismek kemm tajnieh glorja w ġieħ;

    Dan rigal sabiħ!

    (RITORNELL)

    Kien privileġġ tant kbir, Ġeħova,

    Li nibnu dan il-​post għalik.

    Jalla kuljum bis-​sħiħ inkomplu naqduk b’unur,

    U kulħadd żgur tifħir jagħtik.